Tfajjel ċkejken, tħarisx lejja
B’mistoqsija f’għajnejk sbieħ
Tar mar riħ, iż-żmien tal-logħob ferrieħ
Il-ħsibijiet tellfu kull mistrieħ
Tfajjel ċkejken, ejja ħdejja
Ngħidlek ġrajja li thennik
Għożż ġo fik, il-ġmiel li d-dinja ‘ttik
La tħallihiex, tnikktek u bikkik
Tbissem illum, il-bieraħ għadda u mar
Għix il-jum wara jum u għada qatt ma sar
Għax l-uġiegħ tal-lum biżżejjed, dak li ġej ma jafu ħadd
‘Tini jdejk, għallimni ngħix aħjar
Tfajjel ċkejken, ħares lejja
Twettaqx l-għelt li għamilt jien
Taħlix żmien, l-imgħoddi kien li kien
Bla tifkiriet, isbaħ u il-ġejjien
Tbissem illum, il-bieraħ għadda u mar
Għix il-jum wara jum u għada qatt ma sar
Għax l-uġiegħ tal-lum biżżejjed, dak li ġej ma jafu ħadd
‘Tini jdejk, għallimni ngħix aħjar
Ngħix aħjar
Ifraħ illum, daż-żmien kemm jista’ jdum?
Ħatja jien daqs l-oħrajn, li sibt xifer l-irdum
Jekk ħallejna dinja mejta, minn kull tama’ ċaħħadnik
‘Tini jdejk, ‘tini jdejn, aħfrilna dan l-imrar
Tfajjel ċkejken was written by .
Tfajjel ċkejken was produced by Georgina Abela.
Mary Spiteri released Tfajjel ċkejken on Wed Feb 12 1992.