Lura Qatt by Clintess
Lura Qatt by Clintess

Lura Qatt

Clintess * Track #3 On MESC 2023

Lura Qatt Lyrics

[Verse 1]
Bi tlugħ u nżul fil-ħajja
Fuq platt xejn ma sibt lest
Pass, pass u tarġa tarġa
Qatt ma tlift l-interess
Fil-mera kont inħares
Biex forsi ma nibqax l-istess

[Pre-Chorus]
Bdejt nilbes il-parrokka
Il-ħwejjeġ tat-tfajliet
B'hekk il-persuna l-oħra
Bil-mod il-mod intfiet
Illum sibt lili nnifsi
Il-ħajja illi ridt bdiet

[Chorus]
Lura qatt
B’rieda soda nibqa' mixja 'l quddiem
Mill-irbit li kien joħnoqni sibt ħelsien
Lesta ngħannaq bil-qalb il-ġejjien
Sat-tmiem
Lura qatt
Seħħet bidla li minn dejjem tant kont xtaqt
Dak li kelli f’rasi nista' ngħid ilħaqt
Kif kapitlu ġdid fil-ħajja ftaħt
Kemm fraħt

[Verse 2]
Mhux kulħadd lest jifhimni
Is-swaba' jippuntaw
Il-ġebel lest f'idejhom
Iħaġġru jippruvaw
L-istorja lanqas jafu
Għalihom dawn huma ksuħat

[Pre-Chorus]
Għażilt id-direzzjoni
Se nasal issa naf fejn

[Chorus]
Lura qatt
B'rieda soda nibqa' mixja 'l quddiem
Mill-irbit li kiеn joħnoqni sibt ħelsien
Lesta ngħannaq bil-qalb il-ġеjjien
Sat-tmiem
Lura qatt
Seħħet bidla li minn dejjem tant kont xtaqt
Dak li kelli f'rasi nista’ ngħid ilħaqt
Kif kapitlu ġdid fil-ħajja ftaħt
Kemm fraħt

Lura Qatt Q&A

Who wrote Lura Qatt's ?

Lura Qatt was written by Etienne Micallef & Dominic Cini.

What did Clintess say about "Lura Qatt"?

“Lura Qatt”, which means Never Backwards, is about my Transitioning Life. I am Transgender and am so happy that finally I am living the life that I’ve always wanted. It talks about when I decided to put on wigs and start wearing women’s clothes, the battles that I’ve been through with people throwin...

Read more ⇣
Your Gateway to High-Quality MP3, FLAC and Lyrics
DownloadMP3FLAC.com